Missjoni
Bord
Sħubija
Donazzjoni
Avvenimenti
Riżorsi
Partnerships


︎︎



Partnerships





Hawnhekk hawn lista ta' organizzazzjonijiet u entitajiet governattivi affiljati mal-Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta’ Persuni b’Diżabilità: 


Logo of Dar il-Kaptan
L-għan tagħna huwa li niżguraw li l-familji jirċievu appoġġ adegwat u l-mistrieħ meħtieġ, sabiex persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jibqgħu fid-dar tal-familja tagħhom u jkomplu jgħixu fil-komunità tagħhom u b’hekk tiġi evitata l-istituzzjonalizzazzjoni. Fl-1990 L-Għaqda Nazzjonali tal-Ġenituri ta’ Persuni b’Diżabilità b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilità u r-Rotary Club Malta, għarfet dan il-bżonn ta’ respite care u waqqfet il-Fondazzjoni Dar il-Kaptan.



Logo of Guardianship.gov.mt
Kustodja hija relazzjoni legali bejn persuna li għandha diżabbiltà jew disturb mentali u persuna oħra msejħa l-Gwardjan. L-għan tal-Kustodja huwa li tipprovdi appoġġ lill-persuna fil-ġestjoni tal-affarijiet tagħha u biex tippromwovi d-drittijiet u l-aħjar interessi tagħha. Gwardjan huwa persuna li tinħatar mill-Bord tal-Kustodja sabiex tamministra l-affarijiet ta’ persuna oħra li mhix kapaċi tamministra l-affarijiet tagħha minħabba diżabbiltà jew diżordni mentali.

Il- Gwardjan jista’ jingħata l-awtorità biex jamministra kwistjonijiet personali u/jew finanzjarji. Jista’ jkun hemm aktar minn Gwardjan wieħed li jirrappreżenta persuna. Dan is-sit elettroinku jaghti informazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni ta’ Malta dwar il Kustodja kif ukoll dwar il-proċess ta’ applikazzjoni. Da is-sit iservi wkoll bħala l-punt waħdieni ta’ informazzjoni dwar affarijiet li għandhom x’jaqsmu mal-proċeduri sabiex jinħatru l-Gwardjani, dwar ir-responabbilitajiet tal-Gwardjani kif ukoll dwar dak li jiģri ġaladarba jinħatar Gwardjan.



Logo of CRPD
Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) hija impenjata li tagħmel lis-soċjetà Maltija waħda inklussiva, b’mod li l-persuni b’diżabilità jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom fl-aspetti kollha tal-ħajja, billi jgawdu kwalità għolja ta’ ħajja bis-saħħa ta’ opportunitajiet indaqs. Fit-twettiq ta’ din il-missjoni, is-CRPD taħdem sabiex telimina kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni soċjali diretta jew indiretta kontra l-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom filwaqt li tipprovdilhom l-assistenza u s-sapport meħtieġ.



Logo of MaltaCAN
In-netwerk MaltaCAN ġie stabbilit biex jippromwovi, irawwem, u jappoġġja d-drittijiet tat-tfal u l-mekkaniżmi parteċipattivi tat-tfal f’Malta. Hi tallinja l-ħidma tagħha mal-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC). In-Netwerk jadotta approċċ ibbażat fuq it-tfal billi jagħti prijorità lill-parteċipazzjoni tat-tfal, u jaħdem għall-implimentazzjoni tal-UNCRC fil-livell lokali, permezz ta' approċċ integrattiv u kollaborattiv.

In-Netwerk ifittex li jqajjem kuxjenza, u jinfluwenza l-politika billi joħloq gruppi ta’ ħidma inkarigati li jirreaġixxu u/jew jippromwovu suġġetti u kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tat-tfal u l-parteċipazzjoni tat-tfal, filwaqt li jiżgura li l-pilastru fundamentali tan-Netwerk jibqa’ ir-rispett għall-vuċi tat-tfal. Il-MaltaCAN hija organizzazzjoni volontarja magħmula minn 16-il organizzazzjoni indipendenti li, b’modi differenti, jaħdmu għa-ġid  tat-tfal fis-soċjetà u jimmiraw li jissalvagwardjaw id-drittijiet tagħhom skont standards stabbiliti internazzjonalment.



Logo of Inclusion Europe
Niġġieldu għad-drittijiet ugwali u inklużjoni sħiħa tal-persuni b'diżabiltà intellettwali u l-familji tagħhom fl-aspetti kollha tas-soċjetà.



Logo of The Malta Federation of Organisations Persons with Disability
Il-Federazzjoni Maltija tal-Organizzazzjonijiet Persuni b’Diżabilità twaqqfet fl-1970 biex tkun ir-rappreżentant nazzjonali, kemm f’fora lokali kif ukoll internazzjonali, għas-settur Malti tad-diżabilità. Huwa kkostitwit mill-għaqdiet mhux governattivi attivi li jaħdmu fis-settur tad-diżabilità u minn persuni u korporazzjonijiet li huma direttament u/jew indirettament marbuta mas-settur tad-diżabilità f’Malta. L-MFOPD hija r-rappreżentant ta’ Malta fil-Forum Ewropew tad-Diżabilità (EDF), f’Inclusion Europe, fin-Netwerk Ewropew għall-Ħajja Indipendenti (ENIL), fil-Forum tal-Persuni b’Diżabilità tal-Commonwealth u l-Istandards taċ-ĊITTADIN.

Fuq livell nazzjonali tirrappreżenta s-settur tad-diżabilità fil-kunsill tas-CRPD, fil-Kumitat tas-Soċjetà Ċivili fi ħdan l-MCESD u fuq il-Pjattaforma tad-Drittijiet tal-Bniedem f’Malta (PHROM).



Logo of Servizz Pubbliku
L-Għaqda Nazzjonali Ġenituri ta’ Persuni b’Diżabilità ser tniedi website ġdida ‘Servizzi għall-Persuni b’Diżabilità’ li permezz tagħha wieħed jista’ jsib l-informazzjoni bażika fuq is-servizzi kollha li hawn f’Malta u Għawdex għall-persuni b’diżabilità u l-familji taħghom.

Din il-website u l-kontenut tagħha huma kkordinati minn Fred Bezzina.

Il-finanzjament ta’ din il-website sar permezz tal-Iskema VOPS tal-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur.