L-Għ aqda Nazzjonali Ġ enituri ta’ Persuni b’Diż abilità hija organizzazzjoni non- governattiva impenjata li tara li d-drittijiet u l-benesser ta’ persuna b’diż abilità jkunu mharsa.
↓
Merħba!
L-Għaqda hi membru fundattriċi ta’ Dar il-Kaptan, LAND u Autism Focus li illum magħrufa sew bħala l-Autism Parents’ Association. Hi torganizza attivitajiet soċjali ghal-membri tagħha u għandha relazzjonijiet tajbin u b’saħħithom l-awtoritajiet u l-professjonisti.
Matul dawn is-snin, l-Għaqda dejjem kienet fuq quddiem nett biex tara li jiġu mħarsa d-drittijiet ta’:
- il-ġenituri ta’ persuni b’diżabilità, b'mod speċjali dawk li ma jistgħux jirrapreżentaw lilhom infushom;
- il-persuni b’diżabilità nfushom hi x’inhi d-diżabilità tagħhom;
- il-familji ta’ persuni b’diżabilità.
︎