Avvenimenti
Laqgħa Ġenerali Annwali
Il‐Laqgħa Ġenerali Annwali tinżamm bejn Jannar u Marzu ta’ kull sena.
Waqt il‐Laqgħa Ġenerali Annwali għandhom jinqraw:
- Minuti ta’ l‐aħħar Laqgħa Ġenerali Annwali,
- Rapport ta’ ħidma amministrattiva,
- Rapport finanzjarju mit‐teżorier,
- Indirizz mill‐President
- Fejn applikabbli Emendi għall‐Istatut,
- Mozzjonijiet,
- Kull tlett snin issir elezzjoni tal‐membri tal‐Bord l-elezzjoni li jmiss tagħna hija f'Marzu 2024.
Meta jkun hemm bżonn, il‐Bord jista’ jsejjaħ Laqgħa Ġenerali Straordinarja b’aġenda.
Konferenzi
Matul is-sena, l-Għaqda tattendi numru ta’ konferenzi sabiex twettaq il-missjoni tagħha li tagħti sapport lil-ġenituri fi kwalunkwe livell, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. L-attendenza għal konferenzi tippermettilna wkoll li nibqgħu aġġornati dwar l-aktar għarfien ġdid u l-aħjar prattiki fis-settur tad-diżabilità.
Workshops
Ċerimonja
Fit-30 ta’ Novembru 2023 l-Għaqda iċċelebrat mal-membri u l-mistednin tagħna t-tmiem ta’ proġett li kien mifrux fuq perjodu ta’ sena li kien jikkonsisti fi:
-
Dehra ġdida lil Għaqda: Aħna żvelajna l-logo u l-websajt il-ġdid vibranti tagħna, li jissimbolizzaw l-impenn tagħna għall-appoġġ dinamiku u sapportiv.
-
Workshops ta’ Empowering: Is-serje ta’ workshops kienu ta’ suċċess kbir, billi pprovdejna lill-ġenituri bl-għodda u l-għarfien biex irawmu u jagħtu s-sapport lill-familji tagħhom.
-
Sapport Inklużiv għal Kulħadd: L-aktar importanti, websajt ġdida li tiddeskrivi r-riżorsi u l-benefiċċji mfassla speċifikament għall-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom.
Dan il-proġett ġie ffinanzjat permezz taI-Voluntary Organisations Project Scheme amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat f’isem il-Ministeru Ghall-Inkluzjoni, Il-Volontarjat u D-Drittijiet Tal-Konsumatur.
Disclaimer tal-Avvenimenti