Avvenimenti
Laqgħa Ġenerali Annwali
![](https://freight.cargo.site/t/original/i/30ec553dad91fbe03d95be12f246af4fec058dcbee919550229746f91edddcd5/photo-1-.jpg)
Il‐Laqgħa Ġenerali Annwali tinżamm bejn Jannar u Marzu ta’ kull sena.
Waqt il‐Laqgħa Ġenerali Annwali għandhom jinqraw:
- Minuti ta’ l‐aħħar Laqgħa Ġenerali Annwali,
- Rapport ta’ ħidma amministrattiva,
- Rapport finanzjarju mit‐teżorier,
- Indirizz mill‐President
- Fejn applikabbli Emendi għall‐Istatut,
- Mozzjonijiet,
- Kull tlett snin issir elezzjoni tal‐membri tal‐Bord l-elezzjoni li jmiss tagħna hija f'Marzu 2024
Meta jkun hemm bżonn, il‐Bord jista’ jsejjaħ Laqgħa Ġenerali Straordinarja b’aġenda
Konferenzi
![](https://freight.cargo.site/t/original/i/f66e02064ad099b17f50a004d014bbdf82e45adacb0c19b3f5c4a3e159fa33ed/Screenshot-2024-03-09-12.50.04.png)
![](https://freight.cargo.site/t/original/i/6e776366ed9ff0b29044ace34e5583f4f7930fc32dae264c215b5e479d860d01/Screenshot-2024-03-09-12.50.29.png)
![](https://freight.cargo.site/t/original/i/a94b36efcd49d25e49ffa27db925ac1eb6f0d10a528dc53e0de14978dd5b28b3/Screenshot-2023-11-28-18.57.26.png)
![](https://freight.cargo.site/t/original/i/1de9cef6d9b2b2c5e6b7af7c658463c030ac98b1751c8eb3b1a93231411bd4b9/Screenshot-2024-03-09-12.54.57.png)
![](https://freight.cargo.site/t/original/i/dc955215b0d7b6bee2f337b6b6a7da5815da49430e7dc30b50baebbef76e219f/Screenshot-2024-03-09-12.56.25.png)
Matul is-sena, l-Għaqda tattendi numru ta’ konferenzi sabiex twettaq il-missjoni tagħha li tagħti sapport lil-ġenituri fi kwalunkwe livell, kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. L-attendenza għal konferenzi tippermettilna wkoll li nibqgħu aġġornati dwar l-aktar għarfien ġdid u l-aħjar prattiki fis-settur tad-diżabilità.
Workshops
![](https://freight.cargo.site/t/original/i/88a6528fa6fe97d4f12c6ee80f03384a9a8cbe0822486a0ad04f45aba7f3438c/workshop-1-.jpg)
![](https://freight.cargo.site/t/original/i/235a75337b50780fdaea0bc4e9edc5f3f3d8c141edeb47a16a9bb82b7288356f/workshop-anne-Marie-s-.jpg)
![](https://freight.cargo.site/t/original/i/d0a69133491fac5ec4997c5c3e25640d848356abf63f587645598db47aa1decc/Screenshot-2024-03-09-13.07.49.png)
![](https://freight.cargo.site/t/original/i/70121ec810eb2ce75294829222708089b54ef20f0fbb71163165bffeb3f53233/dr-Joan-.jpg)
![](https://freight.cargo.site/t/original/i/61ba8ef7c585347bddda68632ea75a453d932cd935a88df7b30a58b5e104fa16/Screenshot-2023-12-02-14.47.38.png)
Bħala parti mill-missjoni tagħna li nappoġġjaw u nedukaw lill-ġenituri, l-Għaqda torganizza b’mod regolari workshops sabiex il-ġenituri jitrawmu jitkellmu għalihom infushom. Dawn il-workshops ikopru diversi suġġetti u jipprovdu lill-ġenituri bl-għodda u l-għarfien meħtieġa biex jippromwovu b’mod effettiv il-bżonnijiet ta’ wliedhom fl-aspetti kollha ta’ ħajjithom, mit-twelid sal-età adulta.
Ċerimonja
Fit-30 ta’ Novembru 2023 l-Għaqda iċċelebrat mal-membri u l-mistednin tagħna t-tmiem ta’ proġett li kien mifrux fuq perjodu ta’ sena li kien jikkonsisti fi:
- Dehra ġdida lil Għaqda: Aħna żvelajna l-logo u l-websajt il-ġdid vibranti tagħna, li jissimbolizzaw l-impenn tagħna għall-appoġġ dinamiku u sapportiv.
- Workshops ta’ Empowering: Is-serje ta’ workshops kienu ta’ suċċess kbir, billi pprovdejna lill-ġenituri bl-għodda u l-għarfien biex irawmu u jagħtu s-sapport lill-familji tagħhom.
- Sapport Inklużiv għal Kulħadd: L-aktar importanti, websajt ġdida li tiddeskrivi r-riżorsi u l-benefiċċji mfassla speċifikament għall-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom.
Dan il-proġett ġie ffinanzjat permezz taI-Voluntary Organisations Project Scheme amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat f’isem il-Ministeru Ghall-Inkluzjoni, Il-Volontarjat u D-Drittijiet Tal-Konsumatur.
Disclaimer tal-Avvenimenti