Missjoni
L-missjoni u l-għan tagħna hu li naħdmu u nikkollaboraw ma’ kull min verament hu impenjat li jaħdem għall-aħjar interessi tal-persuna b’diżabilità u l-familji tagħhom.
- li nagħtu sapport mit-twelid lit-tfal b’diżabilità sakemm isiru adulti.
- li noffru assistenza u sapport lill-ġenituri ta’ persuni b’diżabilità u li nedukawhom u ngħinuhom jegħlbu d-diffikultajiet li ġġib magħha d-diżabilità ta’ wliedhom.
- torganizza u tagħmel dawk l-affarijiet kollha li tħoss li huma meħtieġa biex tilħaq iż-żewġ għanijiet ta’ hawn fuq, u li sservi ta’ forza li tgħaqqad lil dawk kollha li għandhom għal
qalbhom il-ġid tal-persuni b’diżabilità.
- li tiffaċilita r-relazzjonijiet bejn il-persuni b’diżabilità, il-ġenituri tagħhom, l-awtoritajiet u l-professjonisti ta’ dan is-settur.
Fost il-ħidmiet tagħha, l-Għaqda taħdem biex:
- toffri informazzjoni u l-aħħar ħsibijiet tal-qasam tad-diżabilità
- tkun grupp li tagħmel pressjoni ġusta fuq l-awtoritajiet
- tara li jkun hemm il-bidliet meħieġa, u
- tippromovi l-inklużjoni f’kull livell.
F’dak kollu li tagħmel, l-Għaqda hi ispirata:
- mid-dritt tal-ħajja
- mid-dritt għall-opportunitajiet indaqs għal kulħadd
- mill-mudell tad-diżabilità soċjali u mhux dak mediku
- mill-prijorità li persuni b’diżabilità għandhom ikollhom għall-edukazzjoni u t-taħriġ, f’kull livell mid-dritt għall-aċċessibilità għal kulħadd f’kull forma tagħha u kullimkien.